Isport Favorit Tiegħi



L-Isport favorit tiegħi hu l-għawm. Tħajjart għax meta kont immur nara lil ħabibti tikkompeti kienet taffaxxinani.


Kienet ħajritni biex nerġa' nibda l-għawm. Meta kont għadni żgħira u kelli xi sitt snin. Kont waqaft għax ma kelliex daqshekk ħin ħabba l-iskola u x-xogħol tad-dar. Ħadt ħafna pjaċir waqt li kont inkun qegħda ġo kompetizzjoni u darba kont ġejt l-ewwel.


Biex tieħu sehem ġo kompetizzjoni trid tkun liebsa sew. Trid ikollok malja, maskra tal-baħar imma nuċċali biss, tappijiet tal-widnejn biex ma jidħolx ilma u tappijiet tal- imnieħer u besritta apposta tal-baħar. Wkoll kienu qaluli biex nibda nattendi, in-nanna min-naħa ta' missieri, u n-nannu min-naħa ta, ommi, għax kienu jmorru.


Kieku kelli l-opportunita' biex nerġa' nieħu sehem ġo dawk il-kompetizzjonijiet kollha nagħmilha għax kont nieħu ħafna pjaċir. Żgur li biex nagħmel hekk irrid nerġa' nagħmel it-taħriġ u dan ifisser li tmur ta' spiss tħarreġ il-muskoli fil-baħar matul is-sajf u fil-pixxina fix-xitwa.


L-għawm huwa sport impenjattiv iżda żgur jagħtik sodisfazzjon.