Jien Triq ir-Repubblika




Meta inti tieqaf minn fuq tal-linja, wara l-funtana tista' tara lili, it-triq prinċipali fil-Belt.


Kullimkien nista' nara nies imorru x-xogħol, biex jieklu jew jixtru l-ħwejjeġ. Hemm ħafna postijiet interessanti bħal banek, ħwienet u restoranti. Hemm ħwienet tal-ġugarelli u tal-ħwejjeġ. Hemm ristoranti bħal "Burger King" u "McDonalds". Tista' tara wkoll bini importanti bħal qorti jew il-Mużew tal-Arkeoloġija.


Ħafna partijiet mill-belt Valletta jiċċelebraw ġranet speċjali bħall-Milied, meta jagħmlu siġra tad-dawl u jagħmlu l-art tas-silġ. Fil-karnival għandhom karrijiet kbar ħafna kull kulur. Hemm xi postijiet li jferrħu lin-nies bħal ċinema u fejn hemm tista' tieħu kafe'. Hemm ukoll iċ-ċentru ta' Valletta fejn tista' tara l-funtani. Hafna funtani żgħar u kbar.


Wara li smajt dan kollu, inti taf li jien t-triq l-iktar importanti! Imma jekk ma taħsibx hekk, jiena nispera li nogħġob lil ħafna nies oħra. Il-belt Valletta hija veru speċjali ħafna!!