Spettaklu ta' talenti

L-iskola tagħna San Thomas More organizzat spettaklu ta' talenti. Dan l-ispettaklu sar il-Birgu fis-27 ta' Ottubru, 2021. B'kollox din l-attivita' damet madwar tliet sigħat. Bejn wieħed u ieħor attendew għaliha madwar mija u ħamsin ruħ.




Għal dan l-ispettaklu seta' jieħu sehem fiha kull min għandu xi talent jew don x'joffri. B'kollox kien hemm ħmistax - il partecipant. Kien hemm varjeta' kbira ta' talenti bħal żfin,kant,akrobazija,strumenti mużikali u oħrajn.



Wieħed mill-ispettaklu li laqatni ħafna kien ta' Rosa Sammut. Rosa kantat silta mużikali li qabdet il-bard lil kull min kien fis-sala. Ħaġa li dejqitni kien is 'sound' għax ma tantx kien car.



F'din l-attivita' nġabru l-fondi għal Puttinu u għad-dar ta' Bjorn. Bħala mistiedna distinti attendew il-president ta' Malta flimkien ma' martu, u s-sindku tar-raħal.



Naħseb xi ħaġa li setgħet ġiet organizzata aħjar hi l-mod ta' kif daħlu u ħarġu n-nies peress li kien hemm ftit geġwiġija. Jiena nemmen li dan l-ispettaklu għandu jibqa' jsir ta' kull sena biex b'hekk nagħtu c-cans li kull min għandu talent biex juri dak li jaf. Il-bqija nixtieq ngħid proset kbira lill-organizzaturi u lill-partecipanti kollha li ħadu sehem għax kien spettaklu mill-isbaħ