Oleh Oleh !

L-iskola tagħna Żejtun Primary B, organizzat serata spettakolari mimlija talent fit-tnejn u għoxrin ta'Ottubru 2020. F'din is-serata li damet ħamsa u erbgħin minuta, kien hemm attendenza sabiħa ta' madwar mitejn ruħ.


Il-mija u għoxrin parteċipant kienu kollha studenti tas-sitt sena. L-ispettakolu kien jinkludi ħafna mużika, kant u żfin ta' kull tip u minn kull żmien.


Fost il-mistiedna distinti għal din is-serat kien hemm il-President ta' Malta George Vella u s-sinjura tiegħu. Kien hemm ukoll il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici. Il-fondi kollha li nġabru tul dan l-ispettaklu marru biex jgħinu lil Puttinu Cares.


Bla dubju, spikka t-talent straordinarju li wrew l-istudenti tal-klassi 6.1. Dawn daqqew mużika "live" bi strumenti moderni bħal kitarri elettroniċi. Talent kbir minn eta' daqshekk żgħira! Sfortunatament spikkat ukoll is-sħana li kien hemm fis-sala fejn saret is-serata.



Wara dan is-suċċess l-iskola tagħna għandha tibqa' torganizza serati bħal din. Tajjeb li jinżamm il-livell għoli li ntwera bħal fis-sett u dwal tal-palk. Pero' tajjeb ukoll li ma ninsewx l-arja kondizzjonata !!