Serqa








Darba minnhom kien hemm żewġ ħallelin li daħlu ġo dar biex jippruvaw jisirqu.

Iżda kien hemm xwejħa, li kienet toqgħod faċċata ta' din id-dar, li rat kollox. Dik ix-xwejħa x'ħin indunat x'kienu qed jagħmlu, marret fil-pront iċċempel lill-pulizija.


Sakemm fuq il-post laħqu ġew il-pulizija, il-ħallelin laħqu daħlu ġewwa. Daħlu fil-kamra

tas-sodda u bdew iqalbu il-kxaxen kollha. Iżda ma setgħu jsibu xejn ta' valur prezzjuż. Wara ftit indunaw b'kaxxa li kienet fuq l-għamara. X'ħin fetħuha ħadu qatgħa għax sabu ħelu merfugh flok xi ġojjelli jew flus.


X'ħin ħarġu mid-dar sabu lill-pulzija ma'wiċċhom. X'ħin rawhom qabadhom paniku kbir.

Il-pulizija qabduhom u ħaduhom fil-karozza magħhom. Wara li l-ħallelin telqu mal-pulizija, ix-xwejħa ċemplet lis-sid id-dar biex tgħidilha x'ġara u li kien kollox għadda b'wiċċ il-ġid!