IL-MAGNA TAŻ-ŻMIEN

Darba fost l-oħrajn jien u ommi ddecidejna li morru fil-foresta biex ingawdu ftit arja friska.

Malli wasalna, aħna morna mixja twila. hin minnhom waqt li konna mixjin qalb is-siġar, ilmaħna magna stramba . Jien dħalt ġo fiha u rajt żewġ buttuni kbar. waħda minnhom kellha miktub futur u l-oħra ; passat.

Jien mingħajr ma ħsibtha għafast il- buttuna tal- /futur/. F' daqqa waħda sibt ruħi għaxar snin fil- futur fis- sena 2034!

L-ewwel ħaġa li ġibkditli l-attenzjoni kienet li kulħadd kellu karozza li ttir u mowbajls kbar muddelli IPHONE 25. Ħin minnhom ilmaħt lil Ronaldo u lil Messi li donnhom kienu baqgħu ma xjaħux ghax it- tnejn kienu għadhom jidhru li qed jilagħbu il-futbol.

Id-djar ukoll kienu mibnijin differenti. Kellhom forom ta' tubi twal ħafna bit- twieqi tondi u kuluri jgħajtu. In- nies li rajt kellhom ħwejjeġ strambi b kuluri metallici.

Wara ftit erġajt dħalt fil-magna u għafast il-buttuna sabiex immur lura minn fejn ġejt . Donni bżajt ftit imma mill-ewwel erġajt sibt ruħi fil-foresta fejn ommi.

Ommi baqghet mistghaġba hekk kif irrakontajtilha x kont rajt. Ħrabna niġru lura lejn id-dar imbellħin b' dik l-avventura! Tgħid dik il-magna għadd nerġgħu niltaqgħu magħha?