Il-Ħlejqa.

Kien il-Ħadd filgħodu. Jiena kont rieqda meta smajt 'l ommi, tgħajjatli. Hi kienet ħa tmur tixtri. Qomt u mort niftaħ il-gwardarobba. Bdejt insib xi ħaġa x'nilbes. F'daqqa waħda smajt ħoss żgħir. Bdejt nipprova nara x'kien. Għall-ewwel ħsibtu xi ġurdien u tgħidx kemm bżajt. Rajt xi ħaġa żgħira. Tlaqt kollox minn idi u ħadt pass lura. Kien qed jidher li kien qed jibża. Jiena ersaqt lejh u qbadtu. Kien monstru żgħir.



Bdejt inħares lejh. Hu kien jismu BomBom u kien ġie mill-ispazju. Kellu erba' idejn,żewġ għajnejn u bil-ġilda vjola. Jiena qbadt u ħadt ritratt biex nara x'tip ta' monstru kien. Kien monstru specjali li kellu kull ħaġa li qatt tista' jkollok. F'daqqa waħda xommejt riħa tinten pesti. Indunajt li din ir-riħa kienet ġejja mill-monstru. L-ewwel ħaġa li għamilt hi li qbadtu u mort bih fil-kamra tal-banju. Imlejt ftit ilma u tfajtu fis-sink ħalli ma jibqax maħmuġ. Wara li domt siegħa nogħrku ħriġtu mis-sink u mort fil-kamra tiegħi. Issa kien nadif u jfuħ. Jiena ħsibtu li hu ma jitkellimx bil-lingwa tiegħi imma meta bdejt inkellmu beda jitkellem bil-Malti. Wara jiena ddecidejt li aħjar imorru dawra. Meta qbadtu f'idi u daħaltu fil-but. Bdejna nimxa meta f'daqqa waħda weħlittli sieq fi spral u rajt karozza ġejja b'velocita' kbira lejja. Tgħidx kemm bżajt! F'daqqa waħda BomBom ħareġ mill-but u għalaq għajnejh. Jiena ftaħt għajnejja u rajt kollox ffriżat. Jiena ħriġt sieqi u mort niġri lejn BomBom.Bdejt niringrazjah u qbadtu b'idi.



Wara li kien ġara hekk morna naqra ħdejn ġnien sabiħ immens. Bdejna nilagħbu flimkien meta f'daqqa waħda rajt xi ħaġa stramba fis-sema. BomBom beda jifraħ u mill-ewwel indunajt li se jkollu jmur. BomBom ġie ħdejja u missli wicci. Jiena bdejt nibki imma kont naf li xi darba ħa nerġa' niltaqa' miegħu. Għannaqtu u għidtlu saħħa.