Jien Triq ir-Repubblika

Jien Triq ir-Repubblika, għandi ismi mill-isbaħ għax jinstema' bhal isem nobli. Fuq il-lemin u x-xellug tieghitiegħi hemm ħafna aktar toroq b'ismijiet differenti imma biex jgħaddu minn dawk it-toroq jridu jgħaddu minni l-ewwel.


Filgħodu kmeini jien nkun kwieta u vojta ħlief xi ftit nies biex jigu jnaddfuni mill-ħmieġ li jkollhi. Iżda iktar ma jsir il-ħin iktar jidħlu nies. Minnhom Turisti u minnhom ġejjin għal xogħolhom. L-isbaħ biċċa tiegħi hija Bieb il-Belt għax għax dik hija l-unika entratura għal Belt u għax hija tiegħi.


Meta tinżel ix-xemx il-ħwienet jibdew jgħalqu u ir-restoranti jibdew jiftħu għan nies li jkollhom il-ġuħ. Wara li jgħalqu ir-restoranti jerġgħu jiġu l-istess nies minn filgħodu biex inaddfuni. Meta jnaddfuni u nkun nadifa tazza , nkun l-għaxqa ta kulħadd. Meta nkun fis-skiet nibda naħseb kemm jien importanti.


Kull sena hemm dawk il-ġranet fejn lili jzejnuni. Bhal Karnival fejn jgħaddu il-karrijiet minnhi u nkun mimli kuluri jew wkoll fi' żmien il-Milied fejn iżejnuni bit-tlellix u u bozoz.


Jiena triq importanti għall din il-Belt maestuża. Triq importanti li fiha storja ta mijjiet ta' snin