Ir-Rispett


Ir-rispett huwa wieħed mill-valuri importanti ħafna fil-ħajja tagħna. Ir-rispett huma meta inti taħseb f'nies oħra u kif iħossuhom. Importanti li tirrispetta lil ħaddieħor biex tiġi rispettat.

Ir-rispett jinkludi diversi modi bħal;

  • taqsam l-affarijiet ma'
  • tgħin lil ħaddieħor
  • taċċetta lil kullħadd
  • tuża kliem bħal grazzi, skużani, jekk joġgħbok
  • iċċedi




Importanti li meta jkun hemm ammont ta' nies wieħed għandu juża' r-rispett bħal ġo skola. Ġo skola għadna nibdew filgħodu malli nidħlu nitbissmu u ngħidu bonġu. Fil-klassi għandek tirrispetta lill-għalliema u lil sħabek. Inkunu nafu li l-għalliema turina r-rispett billi tgħallimna, tara li qegħdin nifhmu u li m'għadniex problemi, aħna se nuru rispett billi tiringrazzjha. Meta tkellimna l-għalliema għadna niefqu u nħarsu dirett lejha. Ma' sħabna m'għadniex niġġieldu u ninku lil xulxin, imma nilagħbu flimkien u ngħinu lil xulxin. Jekk naraw tfal minn kulturi differenti, kuluri tal-ġilda differenti, jew reliġjonijiet differenti ma nistgħux noqgħodu nagħjru lil xulxin, imma nieħdu l-inizjattiva li nsaqsu fuq dawn l-affarijiet. Meta xi ħadd minn sħabi jkun mdejjaq m'għadniex noqgħodu nidħku bih, imma rridu naraw jekk nistgħux nkunu ta' għajnuna. Meta nwiegħed xi ħaġa ma nistgħax mmur lura minn kelmti. Fil-klassi, fil-kurituri ma għadnix għalfejn ngħajtu biex nitkellmu.


Din is-sena ħabba din l-imbierka ta 'Covid 19' irridu noqgħodu iżjed attenti minn qatt qabel. Jekk taħsel idejk ta' spiss, tilbes il-maskra u ma tneħħijiex, u tuża' l-ispirtu biex toqtol il-mikrobi tkun qiegħed tirrispetta lilek innifsek u iżjed u iżjed lil ta' madwarek. Jekk nkunu ma nifilħux għadna ngħidu lill-ġenituri tagħna biex b'hekk ma nkunx ta' periklu għal haddieħor. Din wkoll hija eżempju ta' rispett.


Jekk xi ħaġa ddejqek tippruvax tagħmila lil ħaddieor. Meta jkun hemm ir-rispett kulħadd jkun ferħan u kuntent. Kulħadd jkun jaf li huwa apprezzat.