Dakinnar li tfaċċa mostru kbir quddiem il-bieb tad-dar tiegħi veru ma ninsiha qatt.

lntroduċa lilu nnifnsu bil-ħlewwa u kien jismu Creeper. Ħadd ma nduna li ġie

l-mostru għax ftaħt il-bieb jien. Kien ta' lewn blu u għajnejh suwed faħam u kienu

forma ta' kaxxa.


Meta tfaċċa kien nofs il-lejl meta kulħadd kien rieqed. Għall-ewwel jien bżajt mhux ħażin. Wara li kkalmajt ftit u jien daħħaltu ġewwa d-dar u tellajtu fil-kamra tas-sodda, biex ma jarah ħadd. Ħbejtu fil-gwardarobba.


Meta daħħaltu fil-gwardarobba beda jifraħ. Dak il-ħin ma kontx naf x'se nagħmel imma ndunajt li għandu l-ġuħ. Sajjartlu tiġieġa u għoġbitu. Sabiex forsi ħadd ma jinduna bih libbistu nuċċali u kappell. Wara daħħaltu fil-kamra ta' ħija l-kbir u tajtu flokk minn tiegħu u dan ġieh sewwa. Sirna ħbieb kbar u dam mux ħażin għandi mingħajr ħadd qatt ma nduna.


Lanqas ridt nemmen li għamilt ħbieb ma' mostru. Wara ftit żmien kellu jitlaq għax għax beda jimmissja lill- familja tiegħu.