L-attur favorit tiegħi.



Willard Carroll Smith Jr magħruf iktar bħala Will Smith hu l-attur favorit tiegħi. Will Smith twieled fil-ħamsa u għoxrin ta' Settembru tal-1968. Hu twieled ġo Philadelphia ġewwa l-Istati Uniti.

Will Smith għandu tlett itfal, żewġ subien, Jaden Smith u

Trey Smith. Hu għandu wkoll tifla bl-isem ta' Willow Smith. L-età tagħhom tvarja minn dsatax sa sebgħa u għoxrin sena. Will Smith iżżewweġ fl-1995 lil Sheree Zampino iżda wara tliet snin huma ddivorzjaw. Omm Will Smith kienet taħdem ġewwa skola

filwaqt li missieru kien enginier fl-elettriku u kellu kumpanija tar-refriġirazzjoni.Il-ġenituri tiegħu huma t-tnejn Baptisti iżda

lit-tifel tagħhom xorta waħda bagħtuh ġo skola tal-knisja stretta biex jitla' tifel sew.

Will Smith fil-preżent jaħdem bħala attur. Żgur li xi darba jew oħra kulħadd ra xi film minn tiegħu. Ħadem f'diversi films fosthom I-robot, I Am Legend, Aladdin, Gemini Man u bosta oħrajn.

Will Smith hu l-attur favorit tiegħi għax il-films li hu ħa sehem fihom huma kollha sbieħ u għandhom stejjer interesanti. Kif ukoll għax hu jaħdem ġo bosta films tad-daħk u anki films serji. Jogħġobni għax kif jgħid il-Malti l-parti jqaxxarha.