Meta mort is-suq man-nanniet

Qatt ma kont mort is-suq tar-raħal,pero ġurnata fost il-ġimgħa li kienet l-Erbgħa ma kelliex skola.Dik il-ġurnata taħbat meta jagħmlu is-suq taż-Żejtun.


In-nanniet tiegħi kull nhar ta' Erbgħa ma jitilfux li jmorru s-suq u peress li jien riet noqgħod magħhom kelli mmur is-suq għall-ewwel darba.Ma sbieħ Alla aħna bdejna nlestu biex immorru għax qaluli li biex jixtru l-ħut frisk iridu jkunu hemm minn kmieni.Morna s-suq bil-mixi u ma kif wasalna rajna folla nies u smajt il-bejjiegħa jgħajtu biex ibiegħu l-prodotti tagħom.


Ma kif wasalna l-ewwel ħaġa li xammejt kienet ir-riħa qawwija tal-ħut li kienet telatli għal rasi.In-nanna xtrat xi ftit lampuki kif ukoll qarnita,peress li kien baqalna xi nduru n-nanna qalet lil tal-ħut biex iżommhom u terġa tmur għalih


In-nannu mar jara xi għodda u faċċata tiegħu kien hemm wieħed ibiegħ l-affarijiet tal-futbol.Jien mort nara x'għandu u n-nanniet ġew ħdejja u huma raw ballun ta' Franza u xtrawli l-ballun għax jafu li jogħġobni.Jien vera ħadt gost u apprezzajt dak li xtrawli.


Jien ma dispjaċini xejn li mort is-suq man-nanniet u nista ngħid li laqatni mmens għalhekk wegħedt lin-nanniet li meta nkun nistgħa nerġa mmur magħom is-suq.