22/3/2021










  










Maġija Maġika











Par 1



Kien il-Ħamis fis-Sajf meta jien kont miexja ġo sqaq imwarrab ġoż-Żejtun . Minn kantuniera 'l bogħod kont qiegħda nara dawl qawwi . Jiena bdejt nimxi u bqajt sejra biex nara min fejn hu ġej id-dawl . Meta wasalt rajt li d-dawl kien ġej minn ħanut jismu 'Maġija Maġika'.


Par 2


Il- bieb tal-ħanut kien tal-injam ta' kulur kannella skur u meta dħalt mill-bieb stgħaġibt b'li rajt, u fraħt għax rajt affarijiet maġiċi li qatt ma rajt.


Par 3


Għand Maġija Maġija rajt kpiepel , mantelli,maskri , tapit tal-maġija, karti tal-logħob u bakketta titwal u tiqsar.Meta dħalt jiena kont qed iħossni eċitata ħafna. Il- ħanut ma kienx kbir ħafna allura ma domtx indur fih. Għoġbuni ħafna affarijiet imma l-aktar it-tapit tal-maġija u l- bakketta.

























Par 4



Il- ħanut għoġobni ħafna, u nerġa' mmur fih għax ħadt gost b'li rajt . Jiena kieku nħeġġeġ lil ħafna minn sħabi biex imorru. Meta nerġa' immur nieħu lill-kuġina ż-żgħira miegħi għax tħobb ħafna dawn l-affarijiet tal-maġija .