Il-farfett li ħa l-ħajja

Mikiel iħobb ħafna josserva l-friefet. Jum wieħed mar il-Mużew tal-istorja Naturali mal-ġenituri tiegħu. Minn dejjem kienet il-ħolma tieghu li jmur hemm. Hu kellu ħafna stampi, kollezzjonijiet u informazzjoni fuqhom.



Huma raw skeletri ta annimali, insetti , stampi ta' annimali u annimali ibbalzmati. Meta l-familja Stilton waslet fejn kien hemm il-friefet, Mikiel kien qiegħed fil-ġenna ta' art. Fin-nofs tal-vetrina kien hemm farfett kbir kulur kaħlani qisu lewn is-sema f'ġurnata xemxija.



F'tebqa t'għajn il-farfett tar il fuq qisu mhux hu u beda jdur mal-kamra. Mikiel sema' lil gwardjan tal-muzew ġej fil-kamra! Hu ġera b'kemm kellu saħħa lejn l-ewwel tieqa li sab, fetaħha u riħ beda jonfoħ u ġibed l-attenzjoni tal-farfett. Mikiel ħa ritratt tal-farfett u f'kemm trodd salib il-farfett għeb!


L-għada fuq l-aħbarijiet ta' TVM ġabu artiklu bit-titlu 'Il-Farfett Nieqes Mill-Mużew Nazzjonali Ta' Malta'. Mikiel baqa' ħalqu magħluq dwar il-farfett u qatt ma sar jaf li reġgħu qabduħ!








Tmiem