Immaġiena li inti kelb. Irrakkonta ftit dwar ħajtek. Kif tqatta' l-ġurnata tiegħek?


Jiena Lyla, kelba ġejja mir-razza tal-lupu. Għandi disa' xhur. Filgħodu malli nqum, sidi jeħodni mixja ħdejn il-baħar. Meta mmorru lura d-dar itini niekol u nixrob u norqod raqda twila fuq is-sufan. Meta tiġi oħti mill-iskola noqħod nilgħab magħha bil-ballun. Filgħaxija nerġa' niekol u noqħod nitfissed mal-familja. Għalkemm jien daqxejn imqarba, kulħadd iħobbni.