Illum qomt xis-sitta ta' filgħodu. Ħadt belgħa te' u mort nisma' quddiesa. Wara bqajt sejjer id-dar u wara ħriġt barra u l-Ħakem qabbadni biċċa xogħol biex insiblu lil Marku Falzun li jien kapaċi nagħmel għax inkun naf kollox fuq kulħadd. Bdejt nindaga u nsaqsi 'l hawn u 'l hin fejn jista' jkun Marku Falzun.

Sakemm sar il-ħin u mort lura d-dar, kilt, inħsilt u ntfajt fis-sodda lest għall-ġurnata oħra għada.

DATA: 20 ta' Mejju 1421