L-Aspirazzjonijiet u L-ħolm tiegħi għall-futur


Naħseb fuq il-futur u nippjana kif nixtiequ jkun hija xi ħaġa li nagħmel ta' spiss. U għax nagħmilha regolari, għandi ħafna ħolm mhux ħażin. Jien se nkun qed insemmi l-erbgħa l-iktar importanti għalija.



L-ewwel waħda hi li nibqa' ferħana u b'saħħti meta nixjieħ. Hija l-ikbar priorita' tiegħi għax tgħaqqad kważi kollox flimkien, iktar milli nkun b'saħħti (avolja dik importanti), nixtieq nibqa ferħana ħajti kollha. Għal din il-ħolma għandi xempji tajbin ħafna li huma n-nanniet tiegħi. Kollha huma b'saħħithom u ferħanin, u li tkun għadek b'saħħtek sew meta jkollok wieħed u tmenin sena, hija xi ħaġa tajba ħafna.

It-tieni ħaġa hi li jkolli familja kbira u ferħana. Din kienet waħda mill-ewwel ħolm tiegħi ta'meta kont żgħira (wara li ridt insir Elsa la nikber). Din probabbli hija l-inqas priorita' għalija. Jien m'għandix ħuti, u ma ddejjaqnix sa ċertu punt, imma dejjem xtaqt li jkolli ħuti u naħseb li esperjenza sabiħa għall kull tifel u tifla. Raġuni oħra hi li jien minn dejjem kont nieħu gost noqgħod u nieħu ħsieb trabi, tfal iżgħar minni, u issa li kbirt ftit iktar ukoll ġieli qgħadt bħala 'babysitter' għal kuġinti ż-żgħira li għandha sentejn.


It-tielet waħda hi li jkolli xogħol tajjeb u naqla' biżżejjed flus. Naħseb li kulħadd għandu din il-ħolma, għax kulħadd jaf li għandek bżonn il-flus, imma jien nixtieq li nieħu gost nagħmel xogħoli wkoll. Ir-raba'u l-aħħar waħda hi li jkolli ħafna ħbieb veri madwari u nkun persuna u ħabiba tajba jien wkoll. Naħseb kulħadd jixtieq li jkollu ħbieb li jista' jafda ħajtu kollha, u jien nixtieq li nkun dik il-persuna għal ħaddieħor ukoll. Nixtieq li nkun persuna tajba, ħabiba tajba u dak kollu li jixtieqni nkun Ġesu'.



Jien veru nixtieq mill-qalb li dawn il-ħolm kollha jitwettqu iktar mill ħolm l-oħra li għandi allura jien lesta li nagħmel kull sagrifiċċju li hemm bżonn għax nixtieq li jkolli ħajja mill-isbaħ. Jekk ma jirnexxilix u ma jseħħux, se nħossni ddiżappuntata imma dejjem se nżomm f'moħħi li hemm nies inqas iffortunati minni u dejjem għandi bżonn inkun grata ta' li għandi.