Ġurnata fil-kampanja

Darba waħda mort il-Buskett ma' ommi,missieri u l-ħabiba tiegħi.Meta wasalna l-Buskett smajna ħoss stramb imma għall-ewwel injorajnieħ u qadna nidendlu mas-siġar.Jien u Julienne niżlilna d-demm għal rasna għax qadna niddendlu bħal friefet il-lejl.Wara morna nieklu ċ-ċiras u kienu suwed tuta,jien kważi kilthom kollha imbagħad kilna naqra frawli u għeneb.Wara Julienne qaltli ''ejja ħa morru naraw x'inhu dak il-ħoss'' u morna naraw x'kien dak il-ħoss. Kien qattus żgħir żgħir ,kien jidher imweġġa' u jien erfajtu u ħadnieh lura fuq il-kutra.Malli raħ missieri rikkeb lili u l-Julienne fil vann u morna għand il- veterinarju u żammejnieh l-għalqa ta' Julienne li kienet veru viċin tal- bandli u morna ħdejħ kuljum, meta fieq ħallejnieh jiġri!