Il-Ħamis, 18 ta' Ġunju, 2020


Ittra Elettronika

Lil magdamaria@internet.com

Mingħand emily.catania@posta.com.mt

Data 12.07.2018

Suġġett Il-vaganzi tas-sajf



Għażiża Magda,


Jiena ninsab tajba grazzi, nispera li int ukoll. Il-vaganzi tas-sajf qed inqattahom billi mmur il-baħar u nistudja wkoll. Qed inqatta' ħafna ħin mal-familja tiegħi, l-aktar mal-mama'. Bħalissa l-aktar li qed nagħmel, nieħu nagħsa waranofsinhar.


Dan is-sajf, qed tagħmel sħana toqtol għax ix-xemx qed taqli l-ankri. Nieħu gost billi dejjem ikolli xi ħaġa ġdida u differenti x'nagħmel kuljum. Il-ktieb li qrajt s'issa huwa ta' Nora. Il- ġenituri tiegħi aċċettaw li niġu nqattgħu ġimgħa Għawdex għandek.


Tislijiet,


Emily