it-triq fejn noqghod






It-triq fejn toqgħodu intom kwieta jew storbjuża?

It-triq żgħira,kbira,wiesgħa jew dejqa?



It-triq tiegħi hija kwieta ħafna lanqas tisma' ħsejjes ħlief ħsejes normali ta' karozzi,muturi kif ukoll xi għasafar.

It-triq tiegħi daqs kemm hi wiesgħa jistgħu jgħaddu tlett karozzi u mutur.



Id-djar ta' ħdejna huma kbar ħafna u ghandna ukoll appartamenti twal u wiesgħin.

Aħna nkunu nistgħu naraw il-baħar ta' Delimara u nistgħu naraw ħafna għelieqi sbieħ u li fihom irabbu l-animali, hemm ukoll ħafna siġar tal-frott.

Darba waħda mis-sidin ta' lelieqi tgħatna ftit frott bnin.



Aħna nafu kull persuna li toqgħod fit-triq tagħna imma issa qed jiġu ħafna nies ġodda ukoll.

Fit-triq tgħana hemm raġel li joqgħod jaħsel il-karozzi u lilna mhux l-ewwel darba li ħaslilna il-karozza u ma jżomilna xejn imma xorta ngħatuħ il-flus.

fit-triq hemm ukoll personaġġ li jismu Joseph Imbong.

Huwa jilgħab mal-Ħamrun Spartans u ma' Malta, imma Joseph Imbong twieled in-Niġeria.



Jien għalija t-triq tiegħi hija l-aħjar triq l' hawn f'Malta għax għandna kollox.