Fuq il-qamar

Darba waħda kont qegħda niġbor l-ittri minn ġol-kaxxa tal-ittri. F'ħin minnhom qbadt envelop mhux bħall-oħrajn, kien differenti kollu kuluri. Xħin ftaħtu sibt biljett għal safra fuq il-qamar.


Xħin rajt dak il-biljett jien mort niġri fejn ommi ferħana għaliex jien minn dejjem xtaqt immur mawra sal-qamar. Lil ommi tajtha l-biljett u ommi ħarset lejja u qaltli li dik hi deċiżjoni kollha tiegħi u nagħmel dak li tixtieq qalbi. Għall-ewwel ma kontx naf x'ser naqbad nagħmel, jekk immurx jew le. L-għada d-deċiżjoni ħadtha u ppakkjajt il-bagalja biex immur.


X'ħin bdejna noqorbu viċin il-qamar kienet xena sabiħa. Qatt ma kont rajt kif inhu l-qamar fil-verità .Issa li rajtu, kelli seba' mitt sena biex immur fuqu. Malli wasalna fuq il-qamar kien donnu vojt, ħoss ta' xejn. Kien hemm ħafna ġebel kbar u l-art kienet kollha griża ċara. Innutajt li fuq il-qamar ma timxix bħalma nimxu fuq id-dinja. Fil-qamar iżżomm ruħek maqtugħ mill-art u tgħidx kemm ħadt gost! Xi ħaġa li qatt ma bsart li ħa nesperjenza kelli ngħaddi minnha. Domt naqra ndur u ngħaqad u nipprova nesplora kemm stajt il-qamar.


Wara ftit rajt bħal ajruplan tond b'ħafna dawl fuqu riesaq lejja bil-mod il-mod. Kien space shuttle, minn fuqu niżlet kreatura li qatt ma rajt bħalha. Widnejn dil-kreatura kienu ppuntati, kellha żewġ antenni 'il fuq, kulurha kien blu kif ukoll kellha denb iswed. Tgħidx kemm kienet orrajt bdiet iddawarni mal-qamar. Il-ħin sar ġmielu b'hekk kelli naħseb biex ninżel lura lejn id-dar, l-aljen qalli li ma kienx ħa jdum ma jerġa jarani għaliex ħa jigi jżurni hu stess.