Jien Triq ir-Reppubblika

Jiena kuntent ħafna b'ismi, issa n-nies drawni. Ninsab triq prinċipali tal-Belt.Ma ġembni hemm triq Merkanti u Triq Nofsinhar viċin Wembly store.

Filgħodu nkun kwiet ħafna ħiemed u solitarju. Iżda wara ftit tal-ħin jibdew deħlin in-nies min għax xogħol u min biex jixtri. Ir-riħa tal-kafe' vera tfuħ,tkun ġejja minn xi kafetterija.

Fi triq tiegħi issib il-Mużew Arkejoġiku, hemm il-Qorti,Pjazza Reġina u l-Palazz tal- President. Li niddejjaq nara l-bini mitluq. Iżda l-għaxqa tiegħi nara n-nies jitpaxxew biha.L-isbaħ żmien huwa fil-Milied u fil-Karnival. Ħalli għalija niddandan u niftaħar. Kulħadd bil-mowbajl joħdulli r-rittrati.

Meta jsir il-ħin jingħalqu l-ħwienet u n-nies immoru lura d-dar. Nerġa' nispiċċa waħdi aħjar hekk inkellha għar. Naf li kif jgħaddi l-lejl nerġa' nsib ruħi man-nies.

Ismi ma nibdlux għax triq ir-Repubblika jekk tieħu l-ewwel żewġ ittri huma Re. Hekk inħossni, niddandan u niftaħar.