Vjaġġ fuq tal-linja



Il-Ħadd filgħodu jien u l-mama' morna fuq tal-linja mal-qattus tiegħi jismu Ash. Konna se nieħdu lil Ash għand il-vet. Aħna morna fuq tal-linja għax konna nixtiequ nagħmlu xi ħaġa ġdida.

Meta tlajna xi nies qalulna fejn noqogħdu. Il-mama' qagħdet weħidha u jien qgħadt ħdejn tifel pastaż. Jien bdejt nisma' lil Ash inewwaħ u bdejt nipprova nikkalmah. Bdejt nisma' lin-nies jitkellmu u naħseb bdew ibeżżgħu lill-qattus ukoll.

Waqt li bdejt inħares lejn it-tieqa, it-tifel fetaħ il- gaġġa tal-qattus! Jien u l-mama' bdejna niġru warajh waqt li kulħadd b'sorpriża beda jħares lejna. Bdejna niġru kullimkien u Ash beda jaqbeż fuq kważi kollox. Fl-aħħar irnexxieli mmissu ftit, imbagħad ikkalma. Qbadnieh u poġġejnieh fil- gaġġa.


Wasalna għand il-vet u ħriġna. Jien kont se ntir bil- ferħ meta wasalna! Ħadt gost fuq tal-linja imma aħjar bil-karozza. Żgur se nibqa' niftakar dik id- darba, imma ma naħsibx li se mmorru fuq tal-linja darb'oħra!