Safra mill-aqwa



Is-sajf li għadda jiena u l-familja tieghi sifirna l-Italja. Aħna tlaqna minn Malta fit-tlieta ta' filghodu u wasalna l-Italja l-ghada filghodu.


Aħna dorna diversi postijiet fosthom: il-Vatikan fejn rajna l-Papa u 'Fontana di Trevi'. Kull post li żorna kellna lukanda differenti. Jiena fil-bagalja tiegħi ħadt ħwejjeg puliti u l-bandiera ta' Malta biex inxejjirha lill-Papa. Aħna domna l-Italja madwar ħdax -il ġurnata. L-idea kienet ta' missieri li nsiefru l-Italja. Kollox mar harir u wasalna lura Malta b'wicc il-gid. L-isbaħ ħaġa f'din il-vaganza kienet li rajt lill-Papa. Kieku jkolli nerġa' mmur, immur it-Torri ta' Pisa.


Kemm xtaqt li domt xi ġimgħa oħra, għax kienet vaganza mill-aqwa!