It-triq li-fiha qed nitrabba hija l-iktar triq wiesa' ġo Ħaz-Zabbar. Twila kwazi kilometru. Hemm ħafna djar ġo din it-triq.


Illum il-ġurnata nsibu bosta appartamenti li tilgħin minflok id-djar. U xi ngħidu dwar il-ġirien? Għandi ħafna ġirien qalbhom tajba. Hemm ġar partikolari li għandi grazzja miegħu għax in-neputijiet tiegħu jħobbu jiġu għandna. Hemm wkoll ġirien oħra li huma antipatki. Wieħed minnhom iqatta' l-ħin tiegħu jissendika min wara l-purtella .


Kull ħin u kull mument , tkun mizgħuda bin-nies. Dan għaliex fit-triq insibu ħafna ħwienet tal-merċa, ħanut taz-zebgħa, ħanut li jbiegħ l-affarijiet tal-annimali u barbier għal wieħed tnejn. Insibu wkoll ħanut tal-ħaxix u ieħor ibigħ il- ħwejjeġ.F' nofs it-triq hemm knisja iddedikata lil sant' Andrija. Trid tara' l-ġenn li jkun hemm fil- ħin tal- muzew jew kif tispiċċa l-quddiesa!


Matul il-ġurnata tas-sibt , il-ħornijiet ma jiefqu xejn. Daqqa ġej tad-downats, daqqa ta-ħut u tal-bigilla. Matul iz- zmien tal-festa, it-triq jarmawha bil-bandalori ħodor u blu. Saħansitra jgħaddu anke marċi u baned minn quddiema!


Kemm jien kuntenta fit-riq fejn noqgħod u ma rrid nibdilha ma' xejn.