Vjaġġ Fuq Tal-Linja

Kien l-eqqel tas-sajf u bħala ħarġa konna ħa mmorru il-Belt Valletta. Konna preparati biex immorru, meta f'daqqa waħda smajna li ma kienx hemm post għal erba' min-nies oħra. Allura kellna mmorru mingħajr ħutna. Ħutna marru f'rotta differenti. Jien ħassejtni ferħana meta dħaldt ġo tal-linja għax kienet l-ewwel darba.

F'tal-linja kulħadd kien mehdi bl-affarijiet tiegħu għalinqas. Jien u oħti konna qegħdin nilagħbu bil-logħob tal-idejn u ommi mehdija tiċċekja fejn sejra tal-linja. Imma mhux kollox baqa' sieket.

Raġel bil-bastun daħal u beda jgerger "sraqtuwuli hux? jien naf li-sraqtuħ". Ħadd ma fehmu!. Beda jgħid lil kulħadd biex iqum minn fuq is-seat.

Fl-aħħar sab rittrat tal-familja li ivvintat tal-linja. U ħareġ issabbat u jgerger. Wara li telaq kulħadd beda jgerger u jgedwed min taħt.

Fl-aħħar inżilna minn tal-linja u ħadna r-ruħ. Kemm konna imħassbin fuq dak li ġarra f'tal-linja. Imma wkoll,morna l-Belt Valletta u rajna ħafna ħwejjeġ u restoranti u ħutna qalu li dak ir-raġel bil-bastun daħal f'tal-linja li huma kienu fiha.