Il-Ġimgħa 22 ta` Marzu 2024


Il-magna taż-żmien



par1: Xi sentejn ilu jien u l-ħbieb tiegħi morna sal-bandli. Aħna u sejrin qgħadna ngħidu kelma,meta wasalna morna nilagħbu fuqil-bandla u

ż-żurżieqa. Meta għajjejna fittixna t-triq lura. Lejn nofs it-triq sibt xi ħaġa li bidlet il-ġurnata tiegħi.


par2: F'nofs triq sibt arloġġ b'numri rumani fuqu,kien forma ta` kaxxa u kien ta` lewn blu. Kellu ukoll buttuna ħamra fuq il-ġenb. Jien bqajt

b'ħalqi magħluq u m'għid xejn lil ħbieb. Meta wasalt id-dar għelbitni l-kurżita'. Mort fil-kamra tiegħi u għafast il-buttuna. Ftit tas-

sekondi wara sibt ruħi ġo għar mudlam u mimli trab. Għamilt żewġ passi 'l quddiem u rajt ġungla mimlija siġar. Jien webbist rasi u

bqajt miexi għal ġol-ġungla u sibt ma wiċċi vulkan li kien preparat biex jiżbroffa.Jien ma tajtx kas u bqajt miexi. Ftit tal-minuti wara

rajt dinosawru li ma ndunax bija. Pruvajt min kollox biex ma nagħmilx ħoss imma bdejt miexi b'lura u waqajt għal dari. Malli ftaħt

għajneja rajt wiċċ ikrah ta' dinosawru jgħidulu 't-T-rex'. Qomt u tlaqt niġri imma d-dinosawru baqa ġej warajja.B'xi mod sibt it-triq

lura għal ġol-għar .Dħalt ġo fih u rajt bieb li min ġo fih beda ħiereġ dawl qawwi. Ftaħt il-bieb għalaqt għajneja u bqajt dieħel għal

ġol-bieb. Wara ftit tas-sekondi sibt ruħi fuq is-soddatal-kamra. Ħadd ma nduna li kont tlaqt għal ftit tas-siegħat.


par3: Jien m'għid xejn lil ħadd. Kienet esperjenza sabiħa u f'listess ħin tal-biża'. Nispera li ħadd ma mar ifittex dak l-imbierek t'arloġġ.