Ħarġa sal-Mużew tal-istorja Naturali

Illum il-Ħadd u Mikiel ried imur il-Mużew tal-Istorja Naturali mal-mama' u l-papa'. Kienet ix-xita u marru jaraw il-friefet. Il-mużew jinsab l-Imdina u huwa modern ħafna. Mikiel kien ferħan se jtir. Huma daħlu fil-kamra tal-friefet. Mikiel ra farfett blu u tgħidx kemm għoġbu! Ommu u missieru marru jieħdu kafe. Mikiel ma ndunax. Mikiel fetaħ il-kaxxa u l-farfett il-blu tar.


Mikiel kien ferħan ħafna. Induna li kien waħdu u mar ħdejn ommu. Huma marru d-dar u raw l-aħbarijiet u tal-aħbarijiet qal, "għandna farfett mitluf u dan il-farfett huwa rari ħafna."


Mikiel iddeċieda li jżomm kollox sigriet u ma jgħid lil ħadd, lanqas lil ommu, għax inkella jindunaw li kien hu li ħarrab il-farfett!