Ġurnata fil-kampanja



Kien is-Sibt filgħodu u l-mama' u l-papa' ġew iqajmuni u qaluli li sejrin ġurnata fil-kampanja. Kienu ġejjin iz-zijiet, n-nanniet u l-kuġini u ovjament il-klieb tan-nanna. Il-papa' fetaħ il-bieba ta' wara tal- karrozza u tefa' basket li kien mimli sa ruħ ommu u tqil ċomba bl-ikel u x-xorb. Domna naqra sew biex naslu. Minn Ħaż-Żabbar sal-Buskett hemm naqra bogħod mhux ħażin!



Xħin wasalna rajt iz-zijiet, in-nanniet u l-kuġini. Jiena ħadt ħafna gost xħin rajthom. Mort nilgħab mal-kuġini. L-ewwel mort nilgħab noli u wara mort nilgħab bir-rota. Il-ġenituri ovjament qagħdu jpaċpċu. Jiena mort nilgħab mal-klieb tan-nanna. Il-klieb jisimhom Connie u Sassy. Il-Buskett kien hemm ħafna siġar kbar, ħaxix aħdar u fjuri sofor lellux ġo qalb il-kampanja. Tant konna qed nieħdu gost li l-anqas indunajna li kien għadda daqshekk ħin! Jien u l-kuġini konna għajjenin mejta. Morna nieklu l-ftajjar li għamlet il-mama' u xrobna tazza ilma friska. Waqt li konna qed nieklu bdejna nilagħbu 'Chess' u UNO. Kont fil- ġenna tal-art tant kemm bdejt nieħu gost!



Wara xi nofs siegħa bdejna niġbru x-xugamani u l-karti ta' mal-art li waqqgħajna u daħħalna l-basket ġol-karrozza. Dabbarna rasna lejn id-dar. X'ġurnata mill-aqwa kellna!