Dun Karm Psaila






Dun Karm Psaila twieled Haż-Żebbuġ fit-18 ta' Ottubru ta' l-1871. Huwa kien qassis, kittieb u poeta fejn kiteb l-Innu Nazzjonali ta' Malta imma mhux biss għax kiteb hafna innijiet oħra fosthom l-Innu ta' filgħodu, ta filgħaxija u anke l-Innu lill-Madonna. Fil-poeżiji tiegħu, Dun Karm kien jesprimi ruħu l-aktar f'mumenti ta' solitudni. Huwa ġie ordnat qassis ta' 23 sena fl-1894. Matul ħajtu huwa ġie ukoll onorat bħala il-Poeta Nazzjonali. Matul ħajtu Dun Karm kellhu kanarin isfar fejn anke kiteb poeżija għalih. Huwa miet fit-13 ta' Ottubru 1961.







Il-monument ta' Dun Karm

Psaila jinsab ġewwa l-Furjana.