Triq ir-Repubblika

Naħseb kulħadd jafni lili.Jien l-aktar triq twila.Jien Triq ir-Repubblika.Jiena kuntenta b'ismi,jien l-aktar triq famuża fil-belt Valletta.Għandi ħafna toroq fuq il-lemin u fuq ix-xellug


Jien jgħaddu ħafna nies minni għax jien triq principali tal-Belt,kif ukoll għandi ħafna postijiet importanti li n-nies jużaw ta' kuljum u l-ħin kollu.Dawn il-postijiet huma l-parlament,il-qorti u l-palazz tal-president li qiegħed fi pjazza San Ġorġ.


Filgħodu inkun mimlija bin-nies għax hemm min jiġi biex jixtri,jieħu kafe' jew xi pasti u hemm min jiġi għall-ġurnata xogħol.Fit-triq tiegħi hemm ħafna ħwienet famużi bħal Tommy Hilfiger,Rolex u Tom Tailor.Fit-triq tiegħi issib bini imwaqqa' u antik.Dan huwa it-teatru li ġie imwaqqa' minn żmien tal-Gwerra Dinjija.


Jiena nara ħafna kuluri differenti anke f'xi festi għax l-aktar li triq li jużaw hija jiena.Fil-karnival nara aktar kuluri għax jgħaddu ħafna karrijiet minni kif ukoll jagħmlu ż-żfin tal-karnival u għalhekk fi żmien il-festi jien inkun aktar mimlija u storbjuża.


Jien inħossni xurtjata li jien Triq ir-Repubblika għax kieku m'għandix ħajja daqshekk mimlija u ma narax ħafna affarijiet sbieħ.