Il-Familja ġdida għal Ken

Darba waħda l-koppja kienu qed jieklu meta fuq it-televixin, tela' riklam dwar l-addozzjoni .




Zoe u Isaac minn meta żżewwġu xtaqu li jkollhom it-tfal. Huma kienu qed jinteressaw ruħhom u bdew jiddiskutu flimkien. Għalhekk raw minnfejn jistgħu jaddottaw lil xi tifel jew tifla. L-għada marru l-uffiċċju tal-addozzjoni. Huma kellhom bżonn jagħmlu kors biex jaddottaw u hekk għamlu. Iddiskutew x'eta u jekk hux tifel jew tifla. Huma xtaqu tifel ta' madwar seba' snin.




Madwar ħames xhur wara huma telgħu l-Indja biex iġibu lil Ken. Huma marru ġo istitut fejn sabu lil Ken eċitat jistennihom. Kif rahom telaq jiġri għal fuqhom. Il-koppja Borġ kienu ħa jtiru bil-ferħ.




Ken iltaqa' wkoll mal-kelb Ruffies li kien jgħix mal-familja Borġ. Kemm kiel bil-qalb Ken. Zoe u Isaac bdew jiggustawh jarawh jiekol. Il-familja kollha kienu ferħanin se jtiru.