Lil susan.saliba.2@ilearn.edu.mt


Mingħand chanelle.cassar.2@ilearn.edu.mt


Data 10 ta' Mejju 2020


Suġġet Meta lqtajt ma' kok famuz


Għaziza Sa Saliba,


Jiena, Chanelle qed niktiblek din l-ittra biex ngħidlek li das-sajf iltqajt ma' xi ħadd vera interessanti. Jiena ltqajt mal-kok famuż Gordon Ramsay. Dan ġara meta mort niekol mal-familja tiegħi ġo restorant sabiħ fl-ewwel ġurnata tal-vaganza tagħna fl-Ingilterra. L-ikel kien vera tajjeb u wara li kilna, missieri staqsa għall-kok biex jgħidlu prosit tal-ikel ghax kien tajjeb ħafna. Wara ftit, il-kok ħareġ u ġie ħdejn il-mejda tagħna. Jiena bqajt sorpriża ħafna għax indunajt li l-kok kien Gordon Ramsay. Jiena għaraftu mill-ewwel għax insegwi programmi tiegħu fuq it-televixin. Domna nitkellmu flimkien u peress li l-kok ried ikompli jaħdem, ftehmna biex nerġgħu mmorru l-għada fl-istess restorant. L-għada l-kok sajrilna ikla vera specjali u wara rġajna tkellimna miegħu u sirna nafuh iktar. Din kienet esperjenza sabiħa ħafna.


Nittama li din ma tkunx l-ewwel u l-aħħar darba.


Dejjem tiegħek,

Chanelle