Ittra Elettronika

Lil: Laura - laura@mappa.com


Suġġett: Festin t'għeluq sninek



Għażiża Laura,


Jiddispjaċini li ma stajtx niġi l-festin t'għeluq sninek għax kelli ikla ma' tal-familja li kienet vera importanti. Fl-ikla ċċelebrajna għeluq snin missieri u xtaqt nibqa' magħhom għax il-familja dejjem tiġi l-ewwel. Iżda xorta xtaqt li nawguralek xewqat sbieħ billi nistaqsik nistgħux niltaqgħu nhar l-Erbgħa fit-tlieta ta' wra nofsinhar. Nixtieq ukoll li dakinhar intik ir-rigal. Nispera li taħfirli.


Josef.