Mixja mal-familja

Darba waħda, jiena u l-familja tiegħi qomna sabiex immoru mixja fil-kampanja. Iz-ziju iddeċieda li nimxu min fejn il-Knisja tas-Silġ sal-Bajja ta' San Tumas.


Bdejna nippreparaw x'ser nieħdu magżna bħal ħobż biż-żejt, ilma u xi ħaga tajba ukoll. Aħna u mexjin bdejna naraw ħafna annimali li ma tantx tara bħalhom fosthom friefet, nannakola, xagħat u ħafna oħrajn. Kien hemm ukoll ħafna pjanti li qatt ma rajt bħalhom ħerġin mill- blat. It-triq kienet twila ħafna, allura waqafna ghal mistrieħ u kilna xi ħaġa ukoll. X'ħin komplejna mexjin, iltqajt ma' ħabib tiegħi tal-iskola u qgħadna nilagħbu l-passju. Il-passju huwa logħba tradizzjonali Maltija. Wara ddeċidejna li nkomplu nimxu u wasalna ħdejn blat kbir. Kien hemm mewġ għoli. Jiena ħadt ħafna ritratti ta' dawn l-affarijiet bil-mowbajl li kont qlajt f'għeluq snini, sabiex ikolli tifkira ta' din il-mixja.


Wasalna ħdejn il-Bajja ta' San Tumas hemmhekk spiċċat il-mixja tagħna. Jiena tgħallimt ħafna u rajt ħafna affarijiet.