Meta mort piknik

Il-Ħadd disgħa ta' Mejju kienet ġurnata sabiħa ħafna u ddeċidejna li morru piknik mal-familja u maz-zijiet. Il-mama' ppreparat il-ħobż, xi ħelu u ġibna magħna dulliegħa kbira. Ħadna magħna wkoll ballun. Morna l-Buskett u hemm lgħabna bil-ballun, ħarba u noli mal-kuġini. Wara li lestejna nilagħbu morna nieklu l-ħobż biż-żejt, ħadna ftit ħelu u fl-aħħar ħadna d-dulliegħa. Kemm kienet tajba u friska! Wara l-ikel morna passiġġata żgħira. Kemm ħadna gost! Kemm kien sabiħ il-Buskett f'dik il-ġurnata ta' Mejju!