Kont fuq is-sufan meta f' daqqa wahda beda hiereg il-kliem mill-ktieb


Siġra: Bonġu, jien siġra inti x'jismek?

Charlize: Jien Charlize, u l-ħabib tiegħek x'jismu?

Għasfur: Jien għasfur.

Charlize: Kif qeghdin tkellmuni?

Siġra: Aħna ngħixu ġewwa ktieb maġiku, allura kull min jaqra dan il-ktieb ikun jista' jkellimna.

Charlize: Lanqas naf x'irrid ngħid. Taf xi ġralu l-għasfur?

Siġra: Le, imma jidher imħasseb. Int orrajt għasfur?

Għasfur: Insomma ta.

Charlize: Tista' tgħidilna lilna mhux ħa ngħidu lil ħadd.

Għasfur: Mela araw, ilbieraħ ommi marret iġġib l-ikel u ma reġgħetx ġiet lura u qed ninkwieta.

Siġra: Tibżax issa tiġi.Toqgħodx tinkwieta.

Għasfur: Imnalla tkun int siġra għax kieku jien il-ħin kollu nkun imdejjaq.

Charlize: Kemm ilkom tafu lil xulxin?

Siġra: Naħseb ilna xi sena bejn wieħed u ieħor.

Għasfur: Naħseb xi ħaġa hekk. Insomma kemm għandek żmien Charlize?

Charlize: Jien għandi disa' snin.

Siġra: Kemm għadek żgħira!!