Dakinhar li mort is-suq man-nanniet

Il-ġimgħa l-oħra ommi kellha tmur ix-xogħol u għalhekk waslitni għand in-nanniet. Inzerta li kien hemm il-kuġin iż-żgħir ukoll. In-nanna qaltilna li dalwaqt ninżlu sas-suq għax kellha xi qadja x'tagħmel.


Wasal il-ħin biex immorru u qbadna l-pass u wasalna f'xi għaxar minuti. Kien hemm bosta nies jixtru. In-nanna riedet tmur fis-sezzjoni tal-ħwejjeġ u n-nannu għand taż-żraben. Jien mort man-nanna u l-kuġin man-nannu. Lanqas kien ilna għoxrin minuta li l-kuġin u l-kuġin beda jeqred li għejja. Xejn ġdid għax kull fejn immorru dejjem hekk jagħmel.


'' Ara min hawn!'' għajtet in-nanna li s-suq kollu semagħha. Kienet il-ħabiba tagħha li kienet ilha ħafna ma taraha. Damet xi nofs siegħa titkellem magħha u issa jien ukoll bdiet taqbiżli b' dik ix-xemx taqli l-ankri.


F'daqqa waħda rajt xi ħaġa tleqq mal-art. Kienet ġiżirana u eżatt kifnkont ser ngħid lin-nanna rajt mara tiġborha u smajtha tgħid bid-dmugħ f'għajnejha ''Fl-aħħar sibtha!''


Sa fl-aħħar wasal il-ħin li mmorru lura d-dar, imma qabel tlaqna n-nannu xtara ktieb għalija u ġugarell għall-kuġin. ''Grazzi nannu!'' għidnielu aħna u tlaqna bil-mixi lejn id-dar nistrieħu.