Il-persuna favorita tiegħi




Il-persuna favorita tiegħi hi z-zija tiegħi. lz-zija jisimha Diana. Inħobbha ħafna daqs li kieku kienet oħti. Jien u hi għandna ħafna affarijiet li nħobbu l-istess.



Fil-praċett ,meta kienet tifla kellha l-istess wiċċ, infatti nixxiebhu ħafna. Jien u Diana bilkemm niġġieldu. Diana għandha għajnejha kannella u ġilda bajdanija. Iz-zija għandha tnejn u għoxrin sena, u dejjem nafha bi tbissima minn naħa sa naħa fuq wiċċha. Hi ħelwa u hi la hi twila u l-anqas qasira. Hija ferriħija u ċajtiera. Diana tagħmilli l-kuraġġ. Hi indipendenti u dħulija. Iz-zija u jien fil-vaganzi tal-Milied morna nagħtu donazzjoni lill-klieb. Għandha qalbha tad-deheb! Hi dejjem tkun ħerqana biex tgħin. Il-passatempi tagħha huma li tpenġi u tisma' d-diski bħali. Lil Diana naraha ta' spiss. Ġieli mmorru nixtru l-ħwejjeġ il-Belt, Birkirkara u Marsaxlokk. Meta tiġi " sleepover" nieħu ħafna ħafna gost! Hi għandha kelb jismu Noise. Diana tħobb ħafna l-annimali, għalhekk ġabet kelb. Iz-zija tħobb tiġi għalija meta tmur xi qadja.


Jien liz-zija ma nbiddlilha xejn għax inħobbha kif inhi!