Ġieli għamilt xi waħda tinkiteb jew kif ngħidu bil-Malti ‘kif għaxxaqha’. Ikteb ftit dwar dan

Jiena kont nagħmel ħafna minnhom. Imma kont għamilt waħda kbira ħafna, imma tgħallimt minnha. Darba meta kont żgħira u kelli xi ħames snin, kelli lapes u kont qegħda bilqegħda fuq siġġu tal-kċina. Meta ħadd ma kien qed iħares lejja qbadt il-lapes u penġejt fuq is-siġġu. Daqs kemm għafast meta penġejt il-lapes ghadu jidher hemmhekk sa llum. Min dan tgħallimt biex ma npenġix fuq affarijiet.