L-Isport Favorit Tiegħi

 

 

L-iktar sport li jogħġobni huwa l-għawm. Jiena ngħum ġo pixxina u xi drabi l-kowċ jgħidilna


biex immorru ngħumu ġol-baħar. Jiena bdejt dan l-isport għax ħajjarni ħabibi u jien ngħum


kontrieh.

 

 

Hemm erba’ timijiet. Kull tim fih ħamest itfal u kull tim għandu kowċ għalih. Il-kowċijiet


jħobbu jdaħħqu u jħobbu jikkompetu fl-għawm magħna.

 

Maġenb il-pixxina jkun hemm ‘lifeguard’ ħalli jekk jegħreq xi ħadd jmur jgħinu. Jkun hemm il-


ġenituri tagħna biex jissaportjawna u viċin hemm ukoll fejn nkunu nistgħu ninħaslu.

 


Nixtieq li nitgħallem il-’fencing’ għax jkolli xabla biex nagħti biha. Irrid nitgħallmu wkoll għax


inħobb niġġieled u jkolli l-armatura t’apposta.

 


Nixtieq nibqa’ nitħarreg fl-għawm u nixtieq nitgħallem l-fencing ukoll!