Intervista ma' Ġorġ Żammit


Yarik: L-ewwel ħaġa nixtieq nifraħlek tas-suċċess li ksibt wara li tlajt fuq il-muntanja Everest. Nixtieq nagħmillek xi mistoqsijiet fuq l-espedizzjoni tiegħek fuq din il-muntanja.

Sur Żammit minn dejjem kellek ix-xewqa li titla' fuq xi muntanja ?


Sur Żammit: Minn dejjem kont ninteressa ruħi fuq in-natura, kont naqra u nara dokumentarji fuq il-muntanji pero' qatt ma ħsibt li kien ser jirnexxieli nasal s'hawn.


Yarik: Allura kif bdiet din l-avventura ?

Sur Żammit: Konna grupp ta' ħbieb u ndunajna li nħobbu l-istess tip t'avventura u minn hemm beda l-pjan.


Yarik: Kif ħassejtek f'din l-avventura ?

Sur Żammit: Eċitat ħafna u sodisfatt ħafna wkoll.


Yarik: Kont tħossok imbeżża'?

Sur Żammit: Ħafna...kont nibża' li ma jirnexxilix nasal fejn xtaqt.


Yarik: Kieku jerga' jkollok iċ-ċans taħseb li terġa' tmur?

Sur Żammit: Bla dubju għax hija esperjenza mill-isbaħ.


Yarik: Grazzi ħafna Sur Żammit u nerġa' nifraħlek mill-ġdid.