X' ġurnata dik!



Għażiż djarju,


X' ġurnata dik! Għandi seba' mitt sena biex nibda niktibha mill-bidu sal-aħħar. Is-Sibt 23 ta' Mejju filgħaxija għamilt praspura ma' ħuti! Konna d-dar u filgħodu kienet xemx taqli l-ankri. Sa filgħaxija, kien għad hemm is-sħana u jien u ħuti ma stajnix norqdu. Konna qegħdin fil-kamra tagħna naqraw ktieb qabel norqdu. Luca ħareġ bl-idea li nmorru fil-'living room' inkiss inkiss u nieħdu l-laptop tal-mama'. Jiena tgħidx kemm fraħt u qbilt miegħu. Ħija l-ieħor Andrea ma qabilx għax kien jaf li l-mama' ħa tirrabja. Kif ftehmna, Luca u jien ħadna l-laptop fil-kamra tagħna u xegħelnih biex nilagħbu l-logħob favoriti tagħna. Pero' il-volum kien għoli ħafna u l-mama' indunat. Hi irrabjat imma fl-istess ħin, daħket bil-praspura tagħna. Din il-praspura kienet ċajta u ma weġġa' ħadd. Ħadt gost ħafna ma' ħuti nagħmel din il-praspura.


Dejjem tiegħek,


Matteo