Vjaġġ fuq tal-Linja

Kienet xemx taqli l-ankri u kont m'ommi u ma ħija sejrin il-Belt ghax kien fiera tal-ktieb . Ġo tal-Linja kien hemm ħafna storbju għax kulħadd beda jitkellem ma' xi ħadd ieħor .

Kont ferħan se ntir għax kont ser niltaqa' maz-ziju . Hu qabad tal-linja minn Ħal-tarxien . Jien kont bilqiegħda ħdejn it-tieqa , allura stajt narah tiela' u poġġa ħdejja . Iz-ziju beda jdaħħakni biċ-ċajt li beda jgħidli.

F'daqqa waħda ħarisna mit-tieqa u rajna kelb jiġri wara qattus . Tal- Linja waqfet Raħal Ġdid u tela' raġel anzjan bil-bastun u jien qomtlu għax issa tal-Linja kienet intliet daqs bajda . Tgħidx kemm dam jirringrazjani . Beda ġej il-ġuħ ! ghax bdejt inxomm il-pastizzi dak il-ħin kelli aptit nikolulha.



Ftit wara kien hemm mara iżżom ma' arblu biex tipprepara tinżel imma tal-linja ħa brejk kbir u spiċċat taqa' mal-art bis-saħħa saħħa ħafna li kisret saqajha . Ġiet l-ambulanza u ħaditha l-isptar.

Fl-aħħar tal- vjaġġ ma tantx ħadt pjaċir ħabba dik il-mara anzi sirt abjad karti.