L-Attriċi favorità tiegħi

L-Attriċi favorità tiegħi hija Geordie Schembri. Din it-tifla hija miż-Żejtun. Din l-attriċi kont bdejt naraha minn meta kelli età żgħira fuq id-dramm Ċaqqufa meta kienet taħdem il-parti ta' Rose.


Il-parti ta' Rose kienet li ma tkunx aċċettata min-nanna tagħha. Dawn kienu jgħixu ġewwa kerrejja. Din it-tifla kien ikollha tagħmel li tgħidilha n-nanna. Fil-programm in-nanna kienet tgħidilha 'Ċaqqufa' u għalhekk id-dramm ġie imsemmi għaliha. Id-dramm inħadem fis-sena 2013 u Geordie kien għad kellha madwar sitt snin meta ħadet sehem f'dan il-programm.


Min ta' eta' żgħira kienet attriċi tassew brava u tieħu l-parti li jkollha b'ċertu responsabilità. Geordie għandha għajnejha blu u xagħarha kollu nokkli sofor. Rose baqgħet popolari u msemmija għall-parti li kienet ħadmet. Ġieli għadhom jistidnuha fuq il-programmi tat- televiżjoni biex tgħid l-istorja tagħha ta' kif bdiet titgħallem id-drama.