Tifel kien fit-triq meta għadda trakk kbir mimli kaxxi qodma tal-injam. F'daqqa waħda ħa skoss kbir u waħda minnhom waqgħet ħdejn saqajh. Is-sewwieq tat-trakk ma ndunax u baqa' sejjer.


It-tifel għall-ewwel baqa' skantat, ma jafx x'ġara eżatt u x'se jaqbad jagħmel. Tbaxxa, qabad il-kaxxa u b'kurżita kbira fetaħha. Kif fetaħha sab ħafna njam qadim. Mal-injam ra karta bl-isem u bl-indirizz ta' fejn suppost il-kaxxa waslet. It-tifel ħares lejn il-karta, kien hemm miktub indirizz, l-indirizz kien 'il bogħod ħafna.


It-tifel kien jaf lil din il-persuna għax kien il-ħabib tiegħu. It-tifel għejja għax mexa ħafna, kien għad fadallu l-aħħar tliet kantunieri. Kif wasal ħabbat il-bieb. Il-ħabib tiegħu kif rah kien sorpriż. Il-ħabib tiegħu qallu grazzi talli ħadlu l-kaxxa bl-affarijiet li kien fiha u offrielu biex jidħol jieħu kikkra te, imma qallu li ħa jkun tard għal ħin tal-ikel.


It-tifel mar lura d-dar kuntent għax ra lil sieħbu ta' bla ħsieb.





Il-Kaxxa