Lejla speċjali li attendejt fir-raħal fejn noqoghod



Daqs disa' xhur ilu fir-raħal fejn noqgħod jien iż-Żejtun, ġiet organizzata lejla speċjali, Żejt iż-Żejtun. Morna bi ħġarna l-pjazza għax vera nieħdu gost. Ikun hemm gabbani armati bl-ikel Malti bħal bebbux,kull tip ta' żebbuġ, patata l-forn, żejt taż-żebbuġa magħsur fi fliexken u ħafna iktar. Ikun hemm ukoll oġġetti antiki għal bejgħ u mwejjed ibiegħu l-ġugarelli. Fuq iz-zuntier ikun hemm l-għannejja juru min hu l-aqwa bejniethom li jaf jgħanni l-iktar. Insomma, kull sena nkunu qed nistennewha għax vera tkun lejla speċjali!!