Il-festa tar-Raħal tiegħi


Il-festa tar-raħal taż-Żejtun tiġi fit-tielet Ħadd ta' Ġunju. Din il-ġimgħa kellha tkun il-ġimgħa tal-festa, imma minħabba il-covid 19 saru biss attivitajiet żgħar u bi ftit nies ukoll. Iż-Żejtun huwa raħal kbir u n-nies iħobbu l-festa ħafna. Iż-Żejtun għandu żewġ każini tal-banda dak tal-Beland kif ukoll dak li aħna insibuh tal-ħomor.


Jiena personali nżomm mal-każin tal-ħomor. Ta' kull sena jiena nixtri flokk tal-festa bl-arma tal-każin, kif ukoll xi tiġra fuqu.Il-marċi jitqassmu mhux kull sena l-istess, imma kull nhar ikun il-marċ tal-każin l-ieħor. Aħna taż-Żejtun Band ikollna ukoll in-nar tal-art u l-attivita li wara l-ewwel marċ nagħmlu l-ispettaklu tal-karti. In-nar tal-art isir ġewwa l-venda taż-Żejtun u għalih jattendu ħafna nies għaliex ikun hemm ħafna rdieden kbar.


Is-Sibt filgħaxija jkun hemm il-banda fuq il-planċier. Iż-Żejtun huwa raħal li għandu żewġ planċieri u għalhekk kull każin idoqq fuq il-planċier tiegħu. Jiena għalkemm ma nħobbx daqshekk il-banda xorta mmur nisma' l-programm tal-festa. Wara nixtri xi ġugarell għalija għax issa ħadtha drawwa li kull sena nixtri xi ħaga.


Il-Ħadd isiru l-marċi tal-ħomor. Dawn isiru filgħodu u tal-Beland isiru waranofinhar. Jiena nkun qed nistenna dan iż-żmien minn sena għal oħra għaliex dan huwa ż-żmien fejn jiena nieħu pjaċir ħafna. Ġieli niltaqa' ma' sħabi wkoll waqt il-marċ. Wara l-marċ jiena mmur d-dar nistrieħ u filgħaxija ninżel nara l-purċissjoni tal-vara ta' Santa Katarina ddur maż-Żejtun.


Jiena nixtieq li kieku l-festa tista' ssir iktar minn darba fis-sena għaliex iż-żmien tal-festa inħobbu ħafna.