VJAĠĠ FUQ IL-QAMAR


Marzu li għadda rċevejt envelopp kollu kuluri. Ftaħtu u sibt li rbaħt biljett tas-safar. Ġew magħżulin għaxart itfal u wieħed minnhom inzertajt jien.


Tgħidx kemm fraħt meta sibt li rbaħt biljett tas-safar sakemm ndunajt li kien biljett għall-vjaġġ fuq il-qamar. Dak il-ħin inħsadt u mort niġri ngħid lil ommi u dik kienet pronta marret iċċempel lil missieri. Kif ġie missieri mix-xogħol baqa' dieħel dritt ħdejja biex jgħidli li ma nistax immur dak il-vjaġġ għax perikoluż ħafna.


Imma jien bqajt ninsisti li dik kienet opportunità ta' darba. Wara ħafna rnexxieli nikkonvinċi lill-ġenituri mbasta nċemplilhom kuljum biex ikunu żguri li jien tajjeb. Ċempilt mall-ewwel minn fejn ħareġ il-biljett biex ngħidilhom li aċċettajt il-vjaġġ. Dawn qaluli li issa hemm xi laqgħat u preparamenti biex il-vjaġġ ikun jista' jsir. Iltqajna kollha f'daqqa għall-laqgħat u nista' ngħid li jien u d-disat itfal l-oħra diġà sirna ħbieb kbar.


Għandi seba' mitt sena biex immur fuq il-qamar!!