Wasal Żmien Il-Milied!

L-Insara mxerrdin mad-dinja kollha, jkunu qed jistennew bil-ħerqa li tasal il-festa tal-Milied. Din il-festa sabiħa tiġi ċċelebrata fil-25 ta' Diċembru. Hija importanti għall-Insara għax twieled is-salvatur Ġesu' Bambin.

Tradizzjonijiet Insara

Fi żmien il-Milied, l-Insara jkollhom ħafna tradizzjonijiet li jagħmlu. Fosthom iżejnu d-djar bil-presepju u statwa tal-Bambin. Dan kollu jsir fl-Avvent li jibda erbat Iħdud qabel il-Milied. Meta nersqu iktar qrib din il-festa, tibda n-Novena. Ħafna Nsara jħobbu jmorru l-purċissjoni bil-Bambin li tiġi organizzata mill-Mużew lokali tas-subien. Lejliet il-Milied issir ukoll dik li nsejħulha l-quddiesa ta' nofsillejl. Waqt din il-quddiesa speċjali ssir il-prietka tal-Milied li jtellgħuha t-tfal.

Simboli u Dekorazzjonijiet

Ma nistgħux nitkellmu fuq il-Milied mingħajr ma nsemmu lil Santa Klaws. Kważi f'kull dar tista' ssib siġra tal-Milied imżejna bi blalen ikkuluriti. F'ħafna djar tara wkoll il-fjura tradizzjonali tal-Milied; il-ponsjetta. Ħaġa komuni li ssib użata bħala dekorazzjoni hija l-bastun taz-zokkor. Ħafna nies jibagħtu kartolini lill-familjari tagħhom biex jawguraw l-festa t-tajba.

Ikel u Ħelu Tradizzjonali

Fi żmien il-Milied ħafna nies jibdew isajru l-ħelu tradizzjonali tal-Milied. Il-kejk jew il-pudina, il-'Christmas Log', 'coconut balls' u anke 'mince pies'. Fil-ġurnata stess tal-Milied ħafna familji jsajru u jieklu flimkien l-ikla tradizzjonali tal-Milied li hija d-dundjan. Aħna l-Maltin ukoll għandna ħelu tal-Milied tradizzjonali Malti; il-qagħaq tal-għasel.

Dawn it-tradizzjonijiet huma importanti ħafna għall-Insara għax iġibu l-ferħ u jdaħħluna iktar fl-ispirtu tal-Milied.

IL-MILIED IT-TAJJEB!